5 Żgħażagħ Soċji Ġodda tal-Mużew
Ilejla ħames żgħażagħ Maltin (wieħed minnhom Għawdxi) fil-bidu tal-għoxrinijiet tagħhom, fil-fjur ta' żgħożithom, se jingħaqdu formalment mal-MUSEUM, is-Soċjetà mwaqqfa mill-qaddis Malti Dun Ġorġ Preca.
Għal xi wħud (forsi xettiċi fil-fidi) dawn iż-żgħażagħ jistgħu jidhru li qegħdin jaħlu ħajjithom. Imma x'hemm isbaħ milli tagħti ħajtek għal Alla li ħalqek? X'hemm isbaħ milli tagħti ħajtek għall-formazzjoni spiritwali taż-żgħar u kbar? Kif tgħid l-Iskrittura: "“Kemm huma sbieħ ir-riġlejn ta’ min iħabbar il-bxara, ta’ min ixandar is-sliem, ta’ min iħabbar ir-risq, ta’ min ixandar is-salvazzjoni!"
Nitolbu għalihom ħa jibqgħu fidili għas-sejħa tagħhom minkejja l-mewġ li se jħabbat bil-qilla kontra tagħhom: Jake Bezzina min-Naxxar, Joseph Mizzi mill-Għasri, David Abela mis-Siġġiewi, Wayne Borg mis-Swatar u Gilbert Borg minn Ħaż-Żebbuġ.
Agħfas Subscribe biex tibqa’ tiġi Aġġornat b’Aħbarjiet mill-Knisja f’Malta u Madwar d-Dinja
Talba:
Grazzi Sinjur Alla u Aħfirli Sinjur Alla. San Ġorġ Preca, Itlob Għalihom u Għalina.
Sorsi: Adattament tal-Kitba ta’ Robert Alosio u Ritratti minn Facebook





