ARA: L-Akbar Eżerċizzi tal-Adolexxenti f'Malta
300 Żagħżugħ minn 4 Parroċċi differenti
Dan ir-Randan ra l-ewwel edizzjoni tal-Eżerċizzi Remain, organizzati mill-Parroċċi tal-Imġarr, tal-Mosta, tal-Manikata u tar-Rabat.
Dawn il-Parroċċi ħasbu li jiġbru flimkien madwar Ġesù Ewkaristija lil 300 żagħżugħ u żagħżugħha li jattendu l-gruppi taż-żgħażagħ tagħhom.
Hekk kif Ġesù jipprepara lilu nnifsu għall-Passjoni fl-Ort tal-Ġetsemani, huwa jmur ħdejn id-dixxipli u jsibhom reqdin. Huwa jgħid lil Pietru:
“Mela ma flaħtux tishru siegħa waħda miegħi? Ishru u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib. L-ispirtu, iva, irid; imma l-ġisem dgħajjef.” (Mattew 26:40-41)
Ġesù jitlob lid-dixxipli biex jibqgħu u jishru miegħu, u hekk għamlu dawn l-adolexxenti hekk kif it-tema ta’ dawn l-Eżerċizzi kienet Remain.
Remain ġie ppreżentat mill-preżentatur żagħżugħ Keane Cutajar u animat minn Gianluca Bezzina fost oħrajn. Is-Sależjan Br. Antoine Galea mexxa r-riflessjoni fejn fakkar liż-żgħażagħ preżenti li Alla ma jinsiex lil dawk li jħobbuh u li l-akbar ħaġa li jistgħu jagħmlu f’ħajjithom hija li jibqgħu fih. Huwa tenna li Alla huwa fidil u jibqa’ dejjem miegħek f’kull stadju tal-ħajja. Fakkar liż-żgħażagħ li l-qdusija hija l-vokazzjoni tagħna ikoll u din hija xi ħaġa possibli hekk kif il-qaddisin huma bnedmin bħalna.
Mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat segwa dawn ir-riflessjonijiet, u ma naqasx ukoll ħin għall-pizza u għal-logħob.
Jekk tixtieq tingħaqad ma’ grupp bħal dawn, ibagħtilna DM fuq Instagram @kattolicimaltin jew ibgħat fuq 79963200.









Għal aktar ritratti kellem lil-leader tal-grupp tiegħek.








Iva possibli ma kien hemm hadd min jghid lil dawn l-adolexxenti biex jinzlu ghal kubbtejhom quddiem Gesu Sagramentat?!