"M'għandix Ideja!" ARA Kif Tiprepara Ruħek għall-Milied...
ARA dan l-Artiklu biex issir taf aktar.
Hekk kif ninsabu viċin ħafna tal-Milied Imqaddes, nibdew nirċievu stediniet u nattendu għal riċevimenti tax-xogħol, bejn il-ħbieb u anke tal-familja. Uħud ikunu isbaħ minn oħrajn, għaliex, ejja ngħiduha kif inhi, kemm hi ħaġa sabiħa meta l-familja tinġabar flimkien biex tirrakkonta, tidħaq u, xi kultant, anke tiġbed saqajn xulxin.
Madankollu, huwa tajjeb li niftakru li l-Milied għadu ma wasalx u li, bħala Nsara, għadna fil-perjodu ta’ tħejjija, għalkemm issa ninsabu ferm aktar fil-qrib tal-Milied.
Kif Nistgħu Ngħixu Dan il-Mument ta’ Tħejjija
Ruħna u ġisimna ma jkunux kompletament disponibbli għall-grazzji li ġġib magħha s-solennità tal-Milied jekk ma nħejjux għalih kif jixraq. Irridu nħejju l-art tajba, biex fiha ż-żerriegħa tkun tista’ tikber u tagħti l-frott.
Dan nistgħu nagħmluh billi:
1. Il-Kelma ta’ Alla
Naqra l-Evanġelju ta’ kuljum u nirrifletti fuqu. (Aktar informazzjoni lejn l-aħħar tal-artiklu.)
2. Il-Quddiesa
Nattendi għall-quddies tan-Novena tal-Milied fil-parroċċa tiegħi jew f’xi knisja qrib tiegħi. (Aktar informazzjoni lejn l-aħħar tal-artiklu.)
3. Is-Sagrament tal-Qrar
Nagħmel qrara tajjeb: navviċina saċerdot li nafda, jew insib qassis qabel jew wara l-quddiesa fil-knisja.
Jekk ma tafx lil min tista’ tkellem, ikkuntattjana u aħna nqabbduk ma’ saċerdot tajjeb. (Aktar informazzjoni lejn l-aħħar tal-artiklu.)
4. Is-Sawm u l-Astinenza
Insum mill-Ikel u nastjeni mill-laħam. Din hija prattika Nisranija antika ħafna. Il-Ġranet tal-Erbgħa u l-Ġimgħa, kif ukoll Lejlet il-Milied, huma tradizzjonalment marbuta mas-sawm u l-astinenza.
5. Il-Karità
Nagħti karità: nixtri rigal għal xi tfal fil-bżonn u ngħaddih lil xi sorijiet jew lill-kappillan biex iwassluh lil familja fil-bżonn li jafu bihom huma. (Aktar informazzjoni lejn l-aħħar tal-artiklu.)
6. It-Talb
Nitlob iżjed: noħroġ mid-dar, insib kappella tal-adorazzjoni qrib tiegħi u nitlob fis-skiet quddiem Ġesù Sagramentat. (Aktar informazzjoni lejn l-aħħar tal-artiklu.)
7. Ir-Rużarju
Nitlob ir-Rużarju kuljum sal-Milied. M’hemmx persuna aħjar li tista’ takkumpanjana lejn il-Milied daqs Marija, li f’dan iż-żmien kienet tqila u kienet qed tħejji lilha nnifisha biex twelled lil Ġesù. (Aktar informazzjoni lejn l-aħħar tal-artiklu.)
Għajnuna Pratika u Aktar Informazzjoni
Biex twettaq dak li ssemma hawn fuq:
Agħfas hawn biex tabbona mingħajr ħlas u tirċievi l-Evanġelju ta’ Kuljum fuq Messenger.
Agħfas hawn biex tara l-ħinijiet tal-quddies fil-parroċċi kollha ta’ Malta, kif ukoll il-location tal-kappelli tal-adorazzjoni madwar Malta u l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom.
Agħfas hawn għal sussidju dwar kif titlob ir-Rużarju Mqaddes.
Agħfas hawn għal audio u video recordings tar-Rużarju Mqaddes.
Agħfas hawn jew kellimna fuq 79963200 jekk tixtieq li nqabbduk ma’ saċerdot għall-qrar jew ma’ parroċċa biex tagħmel karità.
Opportunità biex titlob u tirċievi l-Maħfra ta’ Alla fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’ Anna ġewwa Marsaskala:
Konklużjoni
Dan il-Milied, ipprepara għalih, biex fik Ġesù jsib art tajba u jagħmel l-għeġubijiet tiegħu.
Mhemmx għalfejn tagħmel dan kollu f’daqqa. Ibda’ bil-mod. Inti taf il-ġurnata u l-impenji tiegħek, ħu parir minn saċedot jekk tara li hemm bżonn.
Fuq kollox ara li qabel dan il-Milied Tqerr u Titqarben biex il-grazzja ta’ Alla tissaħħaħ ġewwa fik!
Ġesù, Marija u Ġużeppi, interċedu għalina. 🙏











