"Qatt ma nstema’, li persuna talbet l-għajnuna ta'Marija, bil-fiduċja u l-perseveranza, u baqgħet mingħajr għajnuna"
Il-Festa tal-Qalb bla Tebgħa ta' Marija
“Jgħidu l-Qaddisin li qatt ma nstama’, fl-ebda żmien li xi persuna talbet l-għajnuna tal-Verġni Mbierka bil-fiduċja u l-perseveranza, u baqgħet mingħajr għajnuna. Hi hekk setgħana quddiem Alla li t-talb tagħha qatt ma ġie rrifjutat. Id-dehra tagħha biss quddiem Binha Divin, hi fiha nfisha talba ta’ qawwa kbira. Bil-kemm tkun għamlet it-talba tagħha, li ma tiġix maqlugħa - għaliex Alla l-Iben hu dejjem mirbuħ mill-ġentilezza ħelwa u t-talb tal-Għażiża Ommu. “ - San Alwiġi de Montfort
It-titlu tal-Qalb bla tebgħa ta’ Marija tirreferi għall-ħajja interjuri ta’ Marija, il-ferħat u t-tbatijiet tagħha, il-virtujiet u, fuq kollox, l-imħabba għal Alla l-Missier, l-imħabba materna għal binha Ġesù u l-imħabba materna għall-umanità.
Nafu li l-festa kienet tiġi ċċelebrata fl-1643, minn San Ġwann Eudes, fit-8 ta’ Frar. Fl-1799 il-Papa Piju VI ta lill-isqof ta’ Palermo il-permess li tiġi ċċelebrata l-festa lill-Qalb Purissima ta’ Marija, ġewwa xi knejjes fid-djoċesi tiegħu. Fl-1805 il-Papa Piju VII ta konċessjoni li fetħet il-kult tagħha. Fil-21 ta’ Lulju 1855, il-Kongregazzjoni għar-Riti approvat l-Uffiċċju u l-Quddiesa tal-Qalb Purissima ta’ Marija. Il-Papa Piju XII waqqaf il-festa tal-Qalb bla tebgħa ta’ Marija fl-1944 u kellha tiġi ċċelebrata nhar it-22 ta’ Awwissu, fi tmiem l-ottava tal-Assunta. Fl-1969, Il-Papa San Pawlu VI mexxa din iċ-ċelebrazzjoni wara l-solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.
Itlob inti ukoll it-Talba tar-Rużarju bil-Mużika billi tagħfas hawn: www.kattolicilive.com għal xandira ta’ Rużarju bil-Mużika kull kwarta tal-gurnata, inkluż mal-lejl.
Iva, Kull Siegħa, 24/7!
L-Ewwel Kwarta: Misteri tal-Ferħ
It-Tieni Kwarta: Misteri tad-Dawl
It-Tielet Kwarta: Misteri tat-Tbatija
Ir-Raba’ Kwarta: Misteri tal-Glorja
Itlob magħna fuq www.kattolicilive.com




